Sunday, November 24, 2024

Sirens isalvaw il-partita b’goal fl-94 minuta

Aqra wkoll

Sirens ………..1

Mosta ………..1

F’partita ferm bilanċjata u akkanita, Sirens kisbu draw drammatiku ta’ 1-1 kontra Mosta, bil-goal li tahom punt prezzjuż jasal proprju fl-94 minuta. Kienet partita li setgħet tmur kull naħa, biż-żewġ timijiet ikollhom il-waqtiet pożittiivi tagħhom tul id-90 minuta.

Kienu Mosta li ħarġu fuq l-offensiva u fis-sitt minuta, xutt b’saħħtu mix-xellug ta’ Britoo ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Sirens, An­drea Cassar.

Mal-kwarta logħob, daq­qa ta’ ras ta’ Chara għal Mosta ġiet imblukkata minn Cassar. Fil-21 minuta cross-shot ta’ Daniel Opoku għal Sirens għadda ftit għoli.

Dan sabiex fis-36 minuta Nicholas Pulis resaq viċin għal Sirens meta wara li rċieva mingħand Opuku ra t-tentattiv tiegħu salvat taj­jeb mill-goalkeeper ta’ Mosta, David Ukoh Akpan.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Mosta ħarġu ferm aggressivi u fil-50 minuta rebħu penalty meta Opoku waqqa’ lil Gianluca Sciberras fil-kaxxa. Mill-11-il metru, inkariga ruħu, CLAYTON FAILLA, li ma żbaljax.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-76 minuta, Damian Anene, wara li rċieva minn cross mix-xellug, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tin­temm ftit barra.

Kulma jmur, kompla d-dominju ta’ Mosta u tliet minuti wara, cross-shot mix-xellug tal-awtur tal-uniku goal Mosti, Clayton Failla, ġie salvat minn Andrea Cassar.

Sirens wieġbu fit-92 mi­nuta meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Perea Hinestroza ġie newtralizzat minn Akpan. Iżda huma ma kellhomx jiġu mċaħħda żewġ minuti wara meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, Jean Borg kellu xutt imblukkat, biex mir-rebound, JONATHAN PEREA HINESTROZA, mill-viċin tefa’ ġewwa.

Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Tia­go Almeida Bettin, 5-Prosper Boakye Owusu, 8-Nicho­las Pulis, Jonathan Perea, 11-Daniel Opoku (26-Sasha Borg 63), 17-Charles Agyemang (77-Jean Borg 79), 18-Mohammed Akadom Hafiz, 22-Alexander Cini, 29-Kwasi Donsu, 31-Degran Jackson (23-Asare Bismark 64)  – Coach: Steve D’Amato

mosta: 22-David Udoh Akpan, 4-Gustavo Chara, 7-Aliyu Isah (21-Nathan Agius 75), 8-Damijan Evans, 9-Moussa Camara (19-Saviour Nwafor 69) , 10-Linus Precious Tenebe, 13-Clayton Failla, 16-Gianluca Sciberras (92-Kevin Tulimieri 75), 20-Willie Britto, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (27-Eric Mensah 89)  – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Ezekiel Barbara

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: C. . Failla 51 pen (M), J. P. Hinestoza 94 (S)

AMMONITI: T. Almeida Bettim, D, Opoku (S), I. Aliyu, D. Evans (M)

Sport