Sunday, July 5, 2026

Spettur “tefagħha  għal saqajha” li Milenovic hija “esperta”

Aqra wkoll

L-Ispettur Joseph Mercieca qal lis-superjuri tiegħu li s-Serba Miroslava Milenovic “ma tantx tidher li hija kkwalifikata bħala accountant”, iżda xorta wasal għall-konklużżjoni li hija “esperta”. Huwa qal li wasal għal din il-konklużjoni billi “tefagħha għal saqajha” – (‘rudimenary calculated guess’ bl-Inġliż).

L-Ispettur Mercieca kiteb dan kollu f’rapport li kien ħejja wara li ntalab jinvestiga talba li kien ressaq l-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex jittieħdu passi fil-konfront ta’ Milenovic wara li fil-Qorti hija kienet ammettiet li ma kellix degree fl-accounts u lanqas warrant ta’ accountant minkejja li fl-inkjesta Vitals tqabbdet mill-Maġistrat Gabriella Vella bħala accountant forensiku.

F’dan ir-rapport l-Ispettur kiteb li ried jagħmilha ċara mill-bidu nett li t-talba tal-eks Prim Ministru kienet biss stunt legali biex tiġbed l-attenzjoni tal-midja u tikseb xi punti dwar il-kwistjoni tal-kredenzjali jew in-nuqqas tagħhom fir-rigward ta’ Miroslava Milenovic. 

L-Ispettur kompla jiddeskrivi t-talba ta’ Dr Muscat bħala fl-aħjar każ, esaġerata wisq u fl-agħar każ, ereżija legali. Minflok investiga, l-Ispettur Mercieca qal li la darba lis-Serba qabbduha diversi Maġistrati, ma kienx hemm lok li wieħed imexxi fil-konfront tagħha.a

Fil-ġimgħat li għaddew IT-TORĊA żvelat li l-Ispettur Mercieca talab lil Milenovich biex tipprovdi d-dettalji tal-istituzzjonijiet li minnhom kisbet iċ-ċertifikati li tgħid li għandha, tlett xhur wara li temm l-investigazzjonijiet u informa lis-superjuri tiegħu li fil-fehma tiegħu ma kienx hemm lok li jittieħdu l-ebda passi kontra tagħha. L-istess Spettur m’għamilx kuntatt mal-Malta Qualifications Council biex jivverifika l-validità tal-kwalifiki ta’ Milenovic f’pajjiz tal-Unjoni Ewropea. 

Sadanitannt, IT-TORĊA tinsab f’pożizzjoni li tiżvela li t-talba li għamel Dr Muscat biex il-Pulizija tieħu passi kontra Milenovic tiġi preskritta fi żmien sentejn u għalhekk dan ifisser li taqa’ f’Novembru ta’ din is-sena. Kien f’Novembru tal-2024 li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat ressaq it-talba.

L-Ispettur Mercieca lesta r-rapport dwar din it-talba fejn ikkonkluda li ma hemmx lok ta’ proċeduri kontra s-Serba fi Frar tal-2025. Ma’ dan kollu kien kien f’Malta li għadda, 16-il xahar wara t-talba oriġinali li sar magħruf b’mod uffiċjali li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma kinux se jieħdu passi kontra Milenovic. Dan wassal biex inħlew kważi sena u nofs.

Wara dan l-iżvilupp Dr Muscat fetaħ kawża fil-Qorti li bdiet tinstema fil-bidu tax-xahar li għadda bil-għan li tkun riveduta d-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li ma jipproċedix kontra Milenovic. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport