Wednesday, November 6, 2024

Tfajla ta’ 28 sena kkundannata 7 xhur ħabs wara li wettqet 5 serqiet minħabba d-droga

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 28 sena minn San Pawl il-Baħar ġiet ikkundannata seba’ xhur ħabs wara li ammettiet li wettqet ħames serqiet flimkien ma’ persuna oħra bejn April u Lulju tal-2019.

Sonia Mahouaci ammettiet li serqet il-ħwejjeġ minn stabbiliment f’San Ġiljan u f’Burmarrad. Hija serqet ukoll wires u brace minn żewġ garaxxijiet fil-Melieħa. Apparti minn hekk serqet tliet ċilindri tal-gass minn San Ġiljan. 

It-tfajla wettqet dawn is-serqiet għaliex tiddependi mill-vizzju tad-droga. Dan irrimarkah il-Maġiistrat Leonard Caruana fis-sentenza tiegħu. Minkejja dan, il-Maġistrat għamilha ċara li ebda raġuni ta’ dipendenza ma tista’ tiġġustifika dan li għamlet it-tfajla.

It-tfajla ma wriet l-ebda xewqa li tagħmel trattament ta’ rijabiltazzjoni mid-droga għalhekk il-Maġistrat ikkundannaha seba’ xhur ħabs. 

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Godwin Scerri u Leeroy Balzan Engerer.

Sport