Monday, October 21, 2024

Tifla ta’ sitt snin fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet struttura tal-ħadid fuqha

Aqra wkoll

Tifla ta’ sitt snin tinsab fil-periklu tal-mewt, wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:00 p.m, kienet involuta f’inċident fi Triq Robert Mifsud Bonnici f’Ħal Lija.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li żewġt ibniet kienu qed jilgħabu ma’ struttura tal-ħadid fi grawnd tal-basketball, li għal xi raġuni inqalbet fuq waħda mit-tfal.

Qraba tat-tifla ta’ 6 snin li kienu fil-qrib ħaduha mill-ewwel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard hija kienet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji. It-tifla l-oħra li għandha 7 snin ma weġġgħetx.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport