Tuesday, April 8, 2025

Tingħata l-aħħar tislima lil Joseph Carabott, il-vittma ta’ serqa vjolenti f’ħanut tad-deheb fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Dallgħodu, fil-Knisja parrokkjali tal-Fgura, ingħatat l-aħħar tislima lil Joseph Carabott, l-anzjan ta’ 67 sena li f’Awwissu tal-2023 kien safa aggredit f’serqa vjolenti li seħħet f’ħanut tad-deheb fiż-Żurrieq.

Waqt l-omelija, il-konċelebrant qal li Joseph kien raġel li jħobb ħafna lil martu, lil uliedu u lil tal-familja. Ingħad ukoll li Carabott kien raġel li dejjem ipprova jaqdi lil kulħadd. Kien bniedem maħbub u rrispettat. 

L-aggressjoni fuq Carabott kienet seħħet fil-25 ta’ Awwissu 2023, meta dakinhar tliet persuni daħlu fil-ħanut tiegħu u allegatament rabtuh u serquh. L-allegati suspettati kienu ġew arrestati u mressqa l-Qorti.

Tnejn mill-imputati qed iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom mentri persuna oħra ammettiet u kienet ikkundannata 28 sena ħabs.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport