Fl-aħħar ħinijiet tħabbret il-mewt tal-politiku u anke l-Aġent President Francis Zammit Dimech. hu miet fl-età ta’ 70 sena.
Il-Prim Ministru Dr Robert Abela f’messaġġ li kien qal li Zammit Dimexh “kien politiku ġentlom, sod fl-argumenti tiegħu iżda ġentili u rispettuż fil-manjieri u l-atteġġjament tiegħu.
Serva f’diversi karigi b’sens ta’ dover u baqa’ jagħmel dan bħala Aġent President minkejja l-isfidi ta’ saħħa li kien għaddej minnhom.
Francis ħabb lil pajjiżu.
Malta tibqa’ grata għas-servizz tiegħu.
F’isem il-Gvern u l-poplu, nagħtu l-kondoljanzi sinċiera lil qrabatu u dawk l-aktar qrib tiegħu.”