Sunday, December 22, 2024

Toyota l-għażla preferuta tas-sewwieqa Maltin għas-sitt sena konsekuttiva

Aqra wkoll

Għas-sitt sena konsekuttiva, Toyota ġiet ikkonfermata bħala l-iktar marka tal-karozzi mibjugħa f’Malta fl-2023, u affermat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha fis-suq u l-istatus tagħha bħala l-għażla preferuta fost il-komunità tas-sewwieqa lokali.

Rinomata għall-karatteristiċi tal-kwalità, sigurta` u innovazzjoni, Toyota mhux biss kabbret is-sehem tas-suq tagħha, iżda wkoll irreġistrat żieda notevoli fil-bejgħ ta’ 22% minn sena għal sena. Ir-reputazzjoni ta’ Toyota Malta hija essenzjali biex iżżomm il-bażi ta’ klijenti eżistenti tagħha u tattira oħrajn ġodda li jfittxu l-affidabbiltà u s-serħan tal-moħħ.

Graziella Van Coillie, Director of Sales ta’ Debono Group, ikkummentat: “Aħna kburin ħafna b’dan ir-riżultat, u nieħdu l-fiduċja li tpoġġu fina b’serjetà kbira. Filwaqt li dan iservi bħala sors ta’ motivazzjoni u validazzjoni tal-impenn tagħna għall-eċċellenza, aħna nibqgħu ddedikati biex inżommu l-istandards li wasslu għal din il-fiduċja. Aħna nestendu l-gratitudni tagħna lill-klijenti tagħna talli għażlu Toyota.”

Fost il-vetturi Toyota mibjugħa f’Malta fl-2023, il-mudelli favoriti kienu Toyota Aygo X, Toyota Yaris u Toyota Yaris Cross, xprunati mid-disinn attraenti tagħhom u l-effiċjenza eċċezzjonali grazzi għall-pjattaformi innovattivi Hybrid EV ta’ Toyota.

Sadanittant, Toyota rreġistrat ukoll l-aqwa prestazzjoni tagħha ta’ bejgħ fl-Ewropa u għat-tielet sena konsekuttiva kienet it-tieni l-aktar marka ta’ karozzi tal-passiġġieri li nbiegħu fl-Ewropa. Toyota kklassifikat ukoll bħala l-aqwa produttur tal-karozzi fuq livell globali għar-raba’ sena konsekuttiva.

Toyota ġiet introdotta għall-ewwel darba fil-Gżejjer Maltin u l-kontinent Ewropew fl-1960 meta Michael Debono sar l-ewwel distributur tagħha fl-Ewropa.

Ekonomija

Sport