Sunday, November 24, 2024

Tranport Malta tħabbar li l-Pjazza tal-Mosta se tkun magħluq għat-traffiku nhar ta’ Ġimgħa u Sibt filgħaxija

Aqra wkoll

“Minn Settembru, il-Pjazza tal-Mosta se tkun magħluqa għat-traffiku nhar ta’ Ġimgħa u s-Sibt mis-7:00 p.m sa 12:00 p.m u b’hekk testendi l-aċċess għal dawk li jivvjaġġjaw bil-mixi f’waħda mill-aktar pjazez ikoniċi ta’ pajjiżna”.

Dan qalitu Transport Malta f’messaġġ fuq Facebook, fejn ġiet spjegat ukoll li hija kommessa li ttejjeb l-ispazji pubbliċi permezz ta’ sistema pedonali strateġika. Spjegat li din id-deċiżjoni ssegwi evalwazzjoni bir-reqqa tal-fluss tat-traffiku u l-benefiċċju pubbliku.

Ingħad li l-prijorità li jinħolqu spazji aktar siguri u sbieħ li jpoġġu fuq quddiem l-aħjar interessi tal-komunità.

Sport