Il-bajjiet li ngħalqu dan is-sajf minħabba drenaġġ, seħħ kawża ta’ irresponsabilità minn stabbilimenti jew individwi.
Dan intqal mill-Kap Eżekuttiv tal-Water Services Corporation Karl Cilia li ħabbar kif il-korporazzjoni għaddejja b’ħidma intensiva sabiex tkompli ttejjeb it-togħma u l-kwalità tal-ilma, filwaqt li qed twettaq investiment massiċċ biex issaħħaħ is-sistema tagħha.
F’każ ieħor instab li persuna battlet il-ġiebja b’ilma kkontaminat fil-kanali tax-xita.
Fl-istess sessjoni fejn ingħataw dettalji tekniċi, Cilia qal kif f’sena waħda, fl-2023, il-korporazzjoni ġabret lura mal-miljun ewro minn mitt każ ta’ serq ta’ ilma.
Il-Korporazzjoni għaddejja bi pjan ta’ investiment ta’ 10 snin, li jiswa’ mat-€310 miljun