Wednesday, May 20, 2026

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ droga f’ Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Ilbieraħ għall-ħabta tal-3:45 p.m., waqt li l-pulizija kienu qegħdin fuq sorveljanza fi Triq id-Dejl, Ħal Għaxaq, innutaw żewġt irġiel li kienu flakwati tal-bandli li qajmu suspett.

Għaldaqstant huma twaqqfu mill-pulizija u minn tfittxija li saret fuqhom u fil-vettura li kienu qegħdin jagħmlu użu minnha, instabu 70 borża b’sustanza suspettata kannabis, 24 qartas b’sustanza suspettata kokaina u 16-il qartas b’sustanza suspettata eroina.

Iż-żewġt irġiel li ghandhom 34 sena residenti l-Ħamrun u 20 sena residenti Ħal Qormi ġew arrestati u mistennija jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta tal-12:00 p.m., quddiem il-Maġistrat Dr Astrid May Grima LLD.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport