Monday, December 23, 2024

Żewġt irġiel bi ġrieħi gravi f’inċidenti separati 

Aqra wkoll

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati aktar kmieni dalgħodu. 

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 a.m, fi Triq il-Wied, Ħal Balzan. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 74 sena ntlaqat minn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. 

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tad-8:45 a.m, fi Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ċiklist ta’ 53 sena residenti Bormla intlaqat minn bieba ta’ vettura pparkjata u li fiha kien hemm mara ta’ 32 sena residenti l-Mosta. 

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport