Thursday, October 31, 2024

15-il xahar ħabs għal Rumena li serqet eluf ta ewro mill-bwiet ta’ turisti

Aqra wkoll

Petronela Claudia Ciubotariu, mara Rumena ta’ 41 sena ġiet ikkundannat sena ħabs wara li nstabet ħatja li serqet eluf ta’ ewro u anke oġġetti oħrajn mill-bwiet tat-turisti f’Malta.

Ir-Rumena kienet bdiet tiġi investigata b’ratba ma’ investigazzjoni li saret dwar grupp ta’ ċirku ta’ kriminalità organizzata internazzjonali li jwettaq pickpocketing fuq persuni li jinġabru f’postijiet turistiċi.

Kien f’Ġunju li għadda meta hi ġiet arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif ipprovat titlaq mill-pajjiż. Jiem wara hija kienet tressqet il-Qorti fejn ġie akkużata b’serq minn ħanut f’Burmarrad, b’serq minn fuq diversi turisti f’San Pawl il-Baħar, fl-Imdina, fil-Belt Valletta u fir-Rabat. Ir-Rumena ġie akkużata wkoll b’akkużi ta’ ħasil ta’ flus.

Il-Prosekuzzjoni fil-Qorti qalet li b’kollox serqet fi flus kontanti u anke oġġetti b’valur ta’ €7,025.

Meta tressqet il-Qorti hija kienet wieġbet mhux ħatja, iżda wara hi ammettiet l-akkużi kollha kontriha.

Wara li sema l-ammissjoni tagħha, il-Maġistrat Kevan Azzopardi kkundanna lil Petronela Claudia Ciubotariu 15-il xahar ħabs.

Sport