Monday, December 23, 2024

1,817-il post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex 

Aqra wkoll

Il-Kurja ħabbret li b’kollox hemm 1,817-il post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja li minnhom 1,577 f’Malta u 240 f’Għawdex). Fi stqarrija ngħad li l-applikazzjonijiet se jsiru kollha online fejn l-applikazzjonijiet tal-‘Ewwel Kriterju’ għal Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn il-21 u t-28 ta’ Novembru 2024. 

Mentri, l-‘applikazzjoni tard’ se jintlaqgħu bejn il-5 u t-12 ta’ Diċembru. L-applikazzjonijiet ta’ ‘Applikanti l-Oħra’ jintlaqgħu bejn l-4 u t-13 ta’ Frar 2025. L-‘applikazzjoni tard’ se jintlaqgħu bejn l-20 u s-27 ta’ Frar. 

Il-lista tad-dokumenti meħtieġa, il-ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra huma mniżżla fir-regolamenti. 

Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja.  L-applikazzjonijiet tal-‘Ewwel Kriterju’ f’Malta jinkludu tfal li huma fi djar tal-Knisja, tfal tal-impjegati tal-iskejjel tal-Knisja u tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, aħwa li jistgħu jinkitbu fl-istess skola ta’ ħuthom, transfers bejn skejjel tal-istess entità reliġjuża u tfal li qegħdin fi skejjel tal-Knisja bla kontinwità. 

Se jiġu allokati numru ta’ postijiet għal tfal li jaqgħu taħt il-kriterju ta’ każijiet serji u li għalihom hemm regolamenti speċifiċi. Il-każijiet serji jinkludu tfal li għandhom jew se jkollhom bżonn l-għajnuna ta’ LSE, każijiet soċjali u każijiet ta’ tfal li qegħdin ifittxu ażil. Il-każijiet serji jsegwu proċess parallel għall-applikazzjonijiet l-oħra. 

Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex jiddetermina d-dħul fl-ewwel sena kindergarten u fl-ewwel sena sekondarja. L-applikazzjonijiet tal-‘Ewwel Kriterju’ f’Għawdex jinkludu tfal li qegħdin fis-sitt sena primarja fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex, tfal tal-impjegati tal-iskejjel tal-Knisja u tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, aħwa li jistgħu jinkitbu fl-istess skola ta’ ħuthom, każijiet soċjali, każijiet ta’ tfal li qegħdin ifittxu ażil u applikanti mill-Għasri. Dawn l-applikanti jistgħu jkunu kemm mainstream kif ukoll bl-għajnuna ta’ LSE

Ekonomija

Sport