Friday, May 3, 2024

80 fil-mija tan-negozji esperjenzaw żieda fl-ispejjeż minħabba l-gwerra fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-Bank Ċentrali fi stħarriġ li għamel fost in-negozji sab li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, kważi tliet kwarti ta’ dawk in-negozji li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ wieġbu li l-investiment għandu jibqa’ miexi kif skedat.

Iż-żmien li nkorpora fih dan l-istudju, kien iż-żmien li fih id-dinja kienet għajnejha fuq l-Ukrajna. Mill-istudju joħroġ li minkejja l-isfidi internazzjonali ta’ bħalissa, ħamsa u tletin fil-mija tan-negozji qalu li se jkomplu jżidu l-ħaddiema tagħhom.

F’dan l-istħarriġ fost in-negozji ħareġ kif kważi nofs in-negozji li pparteċipaw irrappurtaw żieda fl-attività tagħhom.

Fil-kuntest tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna, li qed tolqot ħażin lill-azjendi madwar id-dinja kollha inkluż negożji u industriji f’pajjiżna, xejn inqas minn  80 fil-mija tan-negozji li ħadu sehem fl-istħarriġ qalu li esperjenzaw żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni.  

Sport