Friday, April 26, 2024

AĠĠORNAT: Invażjoni ta’ bram fl-ibħra Maltin

Dan it-tip ta’ bram hu aktar komuni f’Marzu u April

Aqra wkoll

AĠĠORNAT 15:25 – Is-sit Temp Madwarna fl-aħħar ħin ukoll ikkumenta fuq l-invażjoni ta’ bram li hawn fl-ibħra Maltin. Qrib iċ-ċirkewwa u anke Kemmuna kien hemm invażjoni ta’ bram.

“Huwa mifhum li normalment il-bram tat-tip (il-bram ir-roża jew ‘mauve stinger’) jkun l-aktar komuni fix-xhur ta’ Marzu u April fl-ibħra tagħna, iżda fatturi bħal nuqqas ta’ riħ, tisħin fil-baħar, nuqqas ta’ predaturi, tniġġiż u sajd eċċessiv huma fost ir-raġunijiet ewlenin għaliex bqajna naraw numru kbir minnhom prattikament fl-istaġuni kollha,” intqal fil-post li tella’ minn Temp Madwarna.

Dawk kollha li dalgħodu kienu mexjin fix-Xwejin f’Għawdex setgħu jinnotaw invażjoni ta’ bram fil-baħar.

Kien Frans Ghirxi l-ex Editur tal-ġurnal l-Orizzont li fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook tella’ ritratt ta’ dak li kien għadu kemm ra fil-baħar waqt li kien qiegħed jimxi fl-inħawi.

Għalkemm bħalissa mhux żmien l-għawn minħabba li l-baħar kesaħ xi ftit, xorta waħda hija ta’ tħassib kif fl-ibħra tagħna qed ikun hemm din l-invażjoni ta’ bram.
Bajjiet oħrajn madwar Malta u Għawdex ukoll qed jesperjenzaw dan “il-fenominu”.

Nittamaw biss li fis-Sajf is-sitwazzjoni tinbidel xi ftit.

Sport