Sunday, November 24, 2024

AĠĠORNAT: Jindarab gravi wara inċident bil-mutur f’San Pawl

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw il-bypass ta’ San Pawl, direzzjoni lejn x-Xemxija minħabba inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni.

Dan is-sit jinsab infurmat li minħabba dan l-inċident it-triq ingħalqet temporanjament minħabba inċident tat-traffiku. Il-Pulizija kkonfermat ma’ dan is-sit li kienu għall-ħabta tas-7:30 a.m li daħlilhom rapport ta’ raġel ta’ 42 sena min-Naxxar li għal xi raġuni kien tilef il-kontroll tal-mutur Kawasaki li kien qiegħed isuq.

minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġ muturi, tal-għamla Kawasaki laqtu lil xulxin bil-konsegwenza li wieħed minnhom waqa’. Wieħed mis- sewwieqa, raġel 42 sena residenti n-Naxxar sofra ġrieħi gravi, filwaqt li l-ieħor li għandu 61 sena u residenti l-Imsida ma weġġgħax.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lis-sewwieq ta’ 42 sena sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

Aktar tard irriżulta li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Sport