Sunday, December 22, 2024

Akela Play jispikka fil-finali tat-Tazza Sette Giugno

Jikteb Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Charles Degiorgio, it-Taljan Akela Play il-Ġimgħa fil-għaxija rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret fil-Marsa. Din kienet il-finali tal-ALDB Tazza Sette Giugno għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali għamlet parti mit-tletin laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott.

Ħdax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Velvet Gio (Rodney Gatt) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ minimu minn Global Undecided (Noel Baldacchino) u Condior (Julian Farrugia).

Madankollu, meta kien jonqos 200 metru biss għat-tmiem u l-ewwel żwiemel daru għad-dritta finali iż-żiemel ta; Gatt deher qiegħed inaqqas mill-pass u jbati mill-pressjoni li wettaq fuqu Akela Play (Charles Degiorgio) li gżaddieh propju fuq il-linja finali biex akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva u r-raba’ tas-sena.

Alcoy (Charles Camilleri), Condior u Al Capone Stecca (Cherise Farrugia) temmew it-tiġrija warajhom f’dik l-ordni. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.13.8” fil-kilometru u aktar kmieni din is-sena kien anki rebaħ finali oħra tal-aqwa klassi, dik tat-Tazza tar-Reġjun tan-Nofsinhar.  

Il-laqgħa tal-ġimgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil. Hawnhekk, il-Belġjan Laradja Vrijthout (Marco Refalo) kien kontinwament quddiem biex akkwista t-tieni rebħa f’Malta b’tul minn Rally Inge (Jonathan Farrugia) u Express De L’Iton (Cherise Farrugia).

In-nannu ta’ Cherise, Andrew, temm ir-raba’ b’Bellmondo. Ta’ min wieħed jinnota li r-rebbieħ kellu medja impressjonanti ta’ 1.11.8” li biha laħaq ir-rekord nazzjonali fuq id-distanza. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Rose Lloyd (D. Farrugia) Ħin – 2.04.1” (1.15.7”) 2. Frisquette Snob (R. Schembri) 3. Gringo Marancourt (K. Axisa) 4. Ivanhoe De Retz (W. Cutajar) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Ficelujando (C. Magro) Ħin – 2.04.3” (1.15.8”) 2. Gina Bergil (R. Magro) 3. Goldwyn Du Bocage (P. Galea) 4. Hartist Griff (S. Schembri) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Galeo Du Portugal (K. Axisa) Ħin – 2.03.1” (1.15”) 2. Cupidon De Bassard (S. Cassar) 3. Best Match (C. Vassallo) 4. Let It Be Me Tooma (R. Gatt) 

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Defi Orageux (R. Gatt) Ħin – 2.00.1” (1.13.3”) 2. En Toi J’Espere (Cherise Farrugia) 3. Flash De Celland (D. Ellul) 4. Mellby Drake (J. Spiteri) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Summerrazz (P. Galea) Ħin – 2.00.4” (1.13.4”) 2. Gigaro AM (R. Magro) 3. Vasterbo Cobber (Ch. Camilleri) 4. Forrest Beji (J. Gafa’) 

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Dear Matrix (P. Galea) Ħin – 1.58.6” (1.12.3”) 2. Floalts Cesna (C. Vassallo) 3. Dunbar (R. Magro) 4. Furioso A Quira (D. Baldacchino) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Laradja Vrijthout (M. Refalo) Ħin – 1.57.8” (1.11.8”) 2. Rally Inge (J. Farrugia) 3. Express De L’Iton (Cherise Farrugia) 4. Bellmondo (A. Farrugia)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Emeraude Jiji (N. Barbara) Ħin – 2.02.1” (1.14.4”) 2. Gabi Goes To Paris (C. Caruana) 3. Cobbys Celeb (K. Azzopardi) 4. Alinea (C. Vassallo) 

IX Tiġrija. Finali ALDB Tazza Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Akela Play (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.36.9” (1.13.8”) 2. Velvet Gio (R. Gatt) 3. Alcoy (Ch. Camilleri) 4. Condior (J. Farrugia) 5. Al Capone Stecca (Cherise Farrugia) 

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Gordon Quick (M. Desira) Ħin – 2.03” (1.14.7”) 2. My Golden Eye (E. Farrugia) 3. Calzac De Guez (N. Barbara) 4. Lee Harvey Bros (P. Galea)

Ekonomija

Sport