Aktar studenti se jkunu intitolati għall-istipendji. Dawn huma l-istudenti li qegħdin isegwu kors biex iġibu l-liċenzja ta’ pilota u anke liċenzja marittima.
Ħabbar dan il-Ministru tal-Edukazzjoni Byron Camilleri fejn stqarr li dan il-Gvern dejjem ħa ħsieb li l-istudenti jkollhom stipendji xieraq.
B’dan il-mod issa aktar studenti se jkollhom l-istipendji u aktar minn hekk il-Ministru ħabbar ukoll li mis-sena d-dieħla l-istipendji kollha se jkunu qegħdin jerġgħu jgħolew biż-żieda tal-għoli tal-ħajja li tħabbret fil-Budget għas-sena d-dieħla.
“Aħna nifmhu kemm hu importanti l-istipendji għall-istudenti. U dan nifmhu jien personalment hekkk kif mhux ħafna snin ilu kont student ukoll,” stqarr il-Ministru Camilleri.
Il-Ministru ħabbar li aktar dettalji dwar dawn iż-żidied u anke dawk li issa se jkunu qegħdin eleġibbli għalih se jkunu qegħdin jitħabbru aktar tard.
