Saturday, September 21, 2024

Alex Borg iħeġġeġ lil pubbliku sabiex isir mument ta’ ġabra f’Għawdex b’risq Karl Gouder

Aqra wkoll

“Ħbieb Karl ta ħafna lill-Partit u fuq kollox lill-pajjiż. Illum naħseb li bħala aħwa flimkien li dejjem sibna lil Karl għandna nroddu xi ħaġa żgħira permezz ta’ ġest flimkien. Għalhekk illejla nistieden lill-attivisti tal-Partit Nazzjonalista u kull persuna ta’ rieda tajba ġewwa Għawdex sabiex nagħmlu mument ta’ ġabra u velja ad unur tiegħu”.

Dan kien il-messaġġ li wassal id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg f’messaġġ fuq Facebook. Borg stieden lil kulħadd sabiex illum fis-7:00 p.m, jattendi quddiem il-każin tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat Għawdex

Huwa ħeġġeġ lil kull min se jattendi sabiex iġib miegħu xemgħa

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport