“Dan hu Antoine Magri, eroj ta’ veru li ilu s-snin jappoġġja lil Puttinu, anke wara t-telfa ta’ ibnu Juan. Minkejja l-uġigħ tiegħu stess, huwa jkompli jagħti lura billi jipprepara ikliet delizzjużi u tajbin għas-saħħa għall-familji, it-tfal, u l-persuni ta’ Rainbow Ward”
Dan kien il-messaġġ li wassal Puttinu Cares permezz ta’ messaġġ fuq Facebook. Puttinu rringrazzjat lil Antoine tal-ġid u tal-ġenerożità tiegħu.
Tennew li japprezzaw ħafna il-ħidma li jagħmel Magri.