Aktar kmieni llum, għall-7.00am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm raġel li sofra xi ġrieħi waqt li kien f’għalqa, fil-limiti tal-Buskett.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li raġel ta’ 31 sena residenti s-Siġġiewi, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem b’xi makkinarju.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni:
Kien għall-ħabta tat-8.00am meta bidwi li kien fl-għalqa tiegħu weġġa’ waqt li kien qiegħed juża mutur tal-ħart.
Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li l-għalqa tinsab fi Triq Vitikulturisti li tagħmel mal-lokalità tas-Siġġiewi. L-għaqla tinsab qrib sew il-Buskett.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lill-bidwi, u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bħalissa fl-għalqa hemm uffiċjali tal-pulizija li qegħdin jinvestigaw il-każ.
Il-kundizzjoni tal-bidwi s’issa għadha mhix magħrufa.