Tuesday, December 24, 2024

Bl-intelliġenza artifiċjali Mika tinħatar CEO ta’ kumpanija 

Aqra wkoll

Fid-dinja, bosta huma dawk li jinkwetaw dwar il-fatt li l-intelliġenza artifiċjali maż-żmien tbda tieħu x-xogħol tal-bniedem. Kumpanija fil-Polonja ma ħasbitiex darbtejn u għamlet. pjuttost il-kontra. Dan hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa ħabbret li se tkun qegħda tikri l-ewwel robot AI fid-dinja, li se tokkupa l-kariga ta’ CEO tal-kumpanija globali. 

Mika hija proġett ta’ riċerka bejn il-kumpanija Hanson Robotics u l-kumpanija Pollakka tar-rum Dictador, li ppersonalizza lil Mika sabiex tkun ic-CEO li tirrappreżenta l-kumpanija u l-valuri uniċi tagħha. F’filmat tal-kumpanija Dictador, Mika qalet li b’intelliġenza artifiċjali avvanzata u bit-tagħlim tal-magni, se tkun tista tagħmel xogħol preċiż. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpaniija Hanson Robotics, David Hanson li kellu rwol ewlieni fl-impjegar ta’ Mika f’Dictador, enfasizza l-importanza li l-umanitá għandha fl-intelliġenza artifiċjali. Żied jgħid; “Inħoss li għandna bżonn ngħallmu dwar l-intelliġenza artifiċjali sabiex nuru li minkejja li din hija xi ħaġa ġdida, hija waħda sigurá”.

Ekonomija

Sport