Thursday, December 26, 2024

Bosta famlji attendew għall-attivitajiet fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt, 4 u l-Ħadd 5 ta’ Mejju, numru kbir ta’ familji attendew għal attivitajiet li kien hemm għall-familja kollha fiż-żona tal-kunċerti fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali li ġiet inawgurata l-Ġmgħa stess.

L-stess żona li fiha sar investiment ta’ xejn inqas minn €16-il miljun u li fiha ġew organizzati dawn l-attivitjaiet, sa ftit snin ilu kienet impjant tal-konkos miksi b’tunnellati ta’ materjal tal-kostruzzjoni mormi illegalment.

Fost dawn il-faċilitajiet, din iż-żona se jkollha dressing rooms u backstage taħt l-art, klinika, control room tas-sigurtà, żewġ design kiosks u 144 toilet u 180 kamra għas servizzi sanitarji.

Minbarra hekk, l-ilma kollu għal din iż-żona se jittella’ minn ġibjun kbir li jinsab taħt l-ispazju aħdar tal-istess park. Iż-żona se tkun mgħassa b’kameras tas-sigurtà 24 siegħa kuljum.

Din iż-żona hi l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f’pajjiżna u fl-aħħar kwart ta’ din is-sena mistennija tilqa’ fiha l-ewwel minn sensiela ta’ kunċerti internazzjonali.

Ekonomija

Sport