Tuesday, December 24, 2024

BUDGET 2024: Ġustizzja li se tkun qiegħda ġġib iktar effiċjenza

Ninvestu f'pajjiż ġust, sigur u ugwali

Aqra wkoll

Il-Ministru Caruana qal li matul dn is-sena ssoktat il-ħidma fuq diversi riformi leġiżlattivi bil-għan li jiġu assigurati l-liġijiet ta’ pajjiżna kif ukoll il-proċeduri addottati fis-settur tal-ġustizzja.Qal ukoll li l-Korp tal-Ġudikatura se jkun qiegħed ikompli jissaħħaħ b’total ta’ 5 Imħallfin u 6 Maġistrati ġodda. Irrimarka li fiż-żmien li ġej is-settur tal-ġustizzja se jkompli jesperjenza riformi sostanzjali, wara li l-Gvern iffinalizza l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika marbut mal-proċedura tal-kumpilazzjonijiet u r-rinviji. 

Introduzzjoni ta’ Roads Policing u  irwol ġdid ta’ Police Patrol 

Il-Ministru Caruana qal li fil-Korp tal-Pulizija, se tkompli l-ħidma fuq l-introduzzjoni ta’ rwol ġdid ta’ Police Patrol and Community Support Officer, bil-għan li jittieħdu iktar azzjonjiet fejn hemm bżonn skont il-liġi. Żied jgħid li se jkun hemm ir-Roads Policing, li se tkun skwadra speċjalizzata ġdida fil-Korp tal-Pulizija, iffukata sabiex tassisti fis-sigurtá tat-toroq Maltin. 

Investiment ta’ €12 -il miljun fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta 

Fl-2024 se jissokta l-investiment biex is-suldati jkollhom l-għodod moderni u tal-ogħla livell. Hawnhekk il-Ministru saħaq dwar investiment massiċ, fejn se jibda jopera ċ-Ċentru Operattiv ġdid fil-Bażi Militari ta’ Ħal Luqa, liema binja se tkun tista’ topera f’kull eventwalitá. Qal ukoll li se jibda jopera il-Hangar għall-flotta tal-ajru ġewwa l-ajruport, liema żewġ proġetti jammontaw għal xejn inqas minn €12 -il miljun. 

Ħidma bejn il-Gvern u l-LESA sabiex jonqsu l-abbużi u l-azzjonijiet kriminali

Il-Ministru tal-Finanzi qal li l-Aġenzija LESA, se tkun qegħda tinvesti fi proġetti teknoloġiċi, inkluż bl-użu ta’ cameras imqabbdin mal-control room tal-aġenzija u l-Korp tal-Pulizija. Il-Ministru qal ukol li l-ewwel proġetti se jkunu fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan (inkluż Paceville), San Pawl il-Baħar( inkluż Buġibba u l-Qawra), il-Marsa u Raħal Ġdid. 

Se jibda jopera l-ewwel ċentru għal dawk f’riskju ta’ vjolenza domestika f’Santa Luċija

Dwar dan huwa qal li hekk kif kompliet tissaħħaħ l-iskwadra tal-vjonlenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru tal-Korp tal-Pulizija, fiż-żmien li ġej se jibda jopera l-ewwel ċentru. li jinkludi uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija u professjonijiisti oħra f’Santa Luċija, fiilwaqt li huwa mistenn li jkompli. x-xogħol fuq ċentru ieħor fit-Tramuntana tal-pajjiż.

Se jiġu regolati dawk li jissejħu outsourcing u temepting agencies 

Il-Ministru Caruana qal li fix-xhur li ġejjin l-Gvern se jkun qiegħed jara li jiġu rregolati dawk li jissejħu outsourcing u tempting agencies u li bħala parti minn din il-miżura, dawn l-aġenziji. se jiġu liċenzjati, b’dawk li ma jkollhomx liċenzja ma jkunux jistgħu jġibu iktar ħaddiema  minn barra l-Unjoni Ewropea.

Se tkompli titwettaq il-Viżjoni Strateġika għall-Gvern Lokali 

Dan huwa budget ieħor li se jkompli jinvesti fil-qasam tal-Gvern Lokali. il-Ministru Caruana qal li fis-sena 2024, se tkompli titwettaq il-viżjoni strateġika għall-Gvern lokali , l-elezzjonijiet lokali u t-twetteq tal-miżura elettorali li permezz tagħha se jkun hemm sindku ta’ bejn is-16 u t-18 -il sena. 

Ekonomija

Sport