Saturday, December 21, 2024

“Dan huwa eżattament fuq xhiex qegħdin nitkellmu u rridu – id-dritt tal-istat tal-Ukrajna”- Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony J. Blinken

Aqra wkoll

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony J. Blinken fis-summit tal-OSCE f’Malta saħaq li ftehim ta’ paċi ma jistax ikun fuq ftehim tajjeb għar-Russja imma mhux għall-Ukrajna. Fid-diskors tiegħu Blinken wissa biex “ma nħalluhx jidħak bina (Putin). Temmnux lili imma kliem Putin stess li kien qal li l-Ukrajna mhiex stat”.
Fil-fatt Blinken issostanzja l-argument tiegħu billi kompla jikkwota kliem li qal tul dawn is-snin il-President Russu Vladimir Putin stess. Fosthom ikkwotah jgħid li l-Ukreni u r-Russja huma l-istess nies u semma’ li f’artiklu tal-2021 Putin kompletament warrab l-idea ta’ stat u ċittadini Ukreni. Mentri, aktar riċenti Blinken ikkwota lill-mexxej Russu jgħid “għandna kull raġuni li naffermaw li l-Ukrajna hija stat artifiċjali. Kien għalhekk li Blinken għarraf li, “din hija għala bdiet l-invażjoni u xi jridu fil-verità r-Russi”.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony J. Blinken temm jgħid li l-Ministru Russu Lavrov tkellem dwar id-dritt ta’ kull stat membru u speċifika li, “naqblu mad-dritt ta’ kull stat membru u dan huwa eżattament fuq xhiex qegħdin nitkellmu u rridu – id-dritt tal-istat tal-Ukrajna”.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport