Friday, June 12, 2026

Eletti 8 kandidati għall-Partit Laburista mill-elezzjoni każwali

Aqra wkoll

Dalgħodu, fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar saret l-elezzjoni każwali għat-tmien siġġijiet li ġew vakanti minn dawk li ġew eletti fuq żewġ distretti f’isem il-Partit Laburista.

L-għadd sar fuq seba’ distretti. Dan wara li l-Prim Ministru Robert Abela ċeda t-Tieni Distrett, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg ċeda s-Seba’ Distrett, Chris Fearne t-Tielet Distrett, Clyde Caruana t-Tmien Distrett, Michael Falzon u Clifton Grima ċedew id-Disa’ Distrett, Miriam Dalli l-Ħdax-il Distrett u Jonathan Attard ċeda t-Tnax-il Distrett.

Intant wara li saru l-elezzjonijiet każwali ġew eletti:

Ramona Attard telgħet mit-tmien distrett

Naomi Cachia telgħet mis-seba’ distrett

Rebecca Buttigieg telgħet mid-disa’ distrett (mis-siġġu ta’ Clifton Grima)

Clint Azzopardi Flores tela’ mit-tieni distrett

Mariah Meli telgħet mid-disa’ distrett (mis-siġġu ta’ Michel Falzon)

Alex Muscat tela’ mill-ħdax-il distrett

Franco Mercieca tela’ mit-tnax-il distrett

Andy Ellul tela’ mit-tielet distrett

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport