Sunday, December 22, 2024

F’Awwissu saru 957 kuntratt ta’ bejgħ ta’ propjetà

Aqra wkoll

Matul Awwissu li għadda saru 957 kuntratt ta’ bejgħ ta’ propjetà b’valur ta’ €264.4 miljun.

Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li qalet li 86.7% tal-kuntratti kienu jikkonsistu minn individwi

L-istess rapport jgħid li f’Awwissu ta’ din is-sena kien hemm tnaqqis ta’ 3.4 % fil-kuntratti ta’ bejgħ ta’ propjetà residenzjali.

Dwar l-għadd ta’ konvejni f’Awwissu li għadda kien hemm 1,000 li juru żieda ta’ 32 wieħed meta mqabblin ma’ dawk tas-sena li għaddiet.

L-aktar kuntratti saru fuq proprjetajiet f’San Pawl il-Baħar fejn inbiegħu 86, segwit fil-Mosta b’46, f’Birkirkara (39) u fil-Fgura (39).

Ekonomija

Sport