“Għadni ma nistax nemmen li temmejt b’suċċess il-Kors tal-Qari tal-Provi bil-Malti! Kien kors universitarju ta’ sena b’bosta suġetti u stgħaġibt mhux ftit meta kważi l-marki kollha ġewni “A”! Bħala barranija ma ppretendejtx dan ir-riżultat il-għaliex ġejt noqgħod hawn meta diġà kelli 25 sena u l-Malti tgħallimtu kompletament waħdi bl-għajnuna tal-ktieb wieħed u d-dizzjunarju żgħir”.
Dan sostnietu Yana Psaila, Russa li tgħix f’Malta u li tħobb hafna il-lingwa Maltija. Qalet li dan però dan juri wkoll li r-riżorsa ewlenija tal-bniedem hija rieda soda flimkien mal-perseveranza u l-fatt li hi tassew xtaqet titgħallem l-ilsien nazzjonali tal-pajjiż u tużah b’mod responsabbli.
Tenniet billi rringrazzjat lil letturi kollha tat-tagħlim li għaddewlha b’dedikazzjoni kbira! Hija rrikomandat dan il-kors lil kull min iħobb il-lingwa Maltija!