Sunday, November 24, 2024

Għexieren ta’ persuni mejta wara li karozza tal-linja ħadet in-nar fil-Bulgarija

Aqra wkoll

Mill-inqas 45 persuna, inkluż 12-il tifel u tifla, sfortunatament tilfu ħajjithom wara li karozza tal-linja ħadet in-nar fil-Punent tal-Bulgarija kmieni nhar it-Tlieta.

Uffiċjal tal-ministeru tal-Intern tal-pajjiż ikkonferma li fost il-mejta kien hemm tfal. Intqal ukoll li kien hemm seba’ persuni li qabżu minn fuq il-karozza tal-linja u li mbagħad ittieħdu l-isptar għall-kura minħabba l-ħruq li sofrew.

Uffiċjal tal-isptar qal li dawn il-persuni li salvaw u li qed jirċievu l-kura kollha jinsabu f’kundizzjoni stabbli.

Il-Prim Ministru interim Bulgaru Stefan Yanev żar il-post fejn seħħ l-inċident u ddeskrivih bħala “traġedja enormi”. Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi, huwa qal li wieħed għandu jitgħallem minn dan l-inċident traġiku biex jiġu evitati inċidenti simili fil-futur. 

Sport