“Il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fil-poplu Malti u dejjem emmen li jista’ jmexxi r-resident fil-lokalità. Bħalma emmen li post Malta hu fl-Ewropa.”
Dan iddikjarah il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard waqt intervista, fejn irrimarka lil-partit mmexxi minnu kburi bil-Kandidati kollha għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Lokali għax jaf li se jaħdmu dejjem għal kulħadd.
Grech qal ukoll li l-PN se jibqa’ jaħdem favur il-poplu u għaż-żgħażagħ, sabiex skontu ma jkollhomx għalfejn jitilqu minn pajjiżna.