Friday, December 27, 2024

Hamrun Spartans jirbħu s-Super Cup għas-sitt darba

Aqra wkoll

Hamrun S. ……4

Birkirkara …… 0

Hamrun Spartans rebħu s-Super Cup għas-sitt darba meta ġabu fix-xejn lil Birkirkara u għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0, bil-goals jaslu tnejn f’kull taqsima … bl-eroj ikun Jonny Torres li skorja hat-trick.

B’hekk Hamrun wettqu tpattija sportiva kontra l-istess Birkirkara wara li fi   tmiem il-ġimgħa li għadda l-Istripes ħarġu rebbieħa bl- iskor ta’ 3-0.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periiklu fir-raba’ minuta meta Elionay Freitas Da Silva ttanta xortih permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li ntemm għoli.

Erba’ minuti wara, Uros Duranovic għadda l-ballun lejn Jonny li falla l-mira.

Peró, huma fetħu l-iskor fit-12-il minuta, meta JONNY  TORRES xeħet fix-xibka mill-viċin.

Hamrun komplew jippressaw u man-nofsiegħa logħob irduppjaw meta reġa’ kien Uros Duranovic li pprovda l-assist lil JONNY TORRES li minn taħt il-lasti ddepożita l-ballun fix-xibka.

Birkirkara wieġbu għall-e wwel darba fit-43 minuta meta xutt mill-viċin ta’ Alex Satariano ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper Fe­derico Marchetti.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Hamrun, kellhom f’saqajhom il-ballun tat-tielet goal meta Luke Montebello mill-viċin ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Pollakk tal- Istripes, Marcel Zapytowski, li dawwar f’corner bi bravura.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun, komplew bl-istess ritmu tal-ewwel waħda u fit-62 minuta kabbru l-iskor meta minn pożizzjoni ferm angolata, JONNY TORRES ma ta l-ebda ċans lil Zapytowski jsalva.

Kien goal li aċċerta r-rebħa għall-Ħamruniżi li kie­nu appoġġati minn mijiet ta’ partitarji li żgur li ħarġu mill-Istadium Nazzjonali kuntenti bil-prestazzjoni tal- benjamini tagħhom u fuq kollox bir-riżultat.

Fil-ħin miżjud, l-Ispartans issġillaw ir-rebħa bir-raba’ goal meta EDERSON BRUNO DOMINGOS kellu x- xutt angulat fil-baxx jintemm fir-rokna tax-xibka.

Minħabba l-fatt li l-partita kienet ilha mirbuħa u mitlufa, kien goal li kompla jgħolli l-moral tal-Ħamruniżi wa­ra li għaddew minn jiem ta’ inċertezza wara t-telfa fil-kampjonat … u issa rebħu l-ewwel unur tal-istaġun.  

Wara l-partita, il-president tal-Malta FA, Bjorn Vassallo, ippreżenta s-Super Cup lill-captain ta’ Hamrun Spartans, Steve Borg.

HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg (Juan Cralos Corbalan 77), 7-Luke Montebello (17-Yulyan Nenov 69), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva, 23-Uros Duranovic, 27-Ognjen Bjelicic, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny (Ederson Bruno Domingos 83)   – Coach: Luciano Zauri

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 4-Jovan Pajovic, 5-Enrico Pepe, 7-Adailton Queiroz Da Silva (99-Andrei Ciolacu 62), 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong, 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Enmy Manuel Pena Beltre (70-Omar Elouni 83), 42-Simon Zibo (91-Maxuell Maia 62), 77-Ali Diakite – Coach: Brian Chetcuti

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, James Muscat

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: Jonny 12, 30, 62, E. B. Domingos 90 (H)

AMMONITI: L. Montebello, J. E. Mbong, R. Prsa, Y. Nenov (H), E.Pepe, Y. Yankam (B)

ATTENDENZA: 3, 711

Ekonomija

Sport