Ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza f’għalqa fil-Qrendi.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern, Sigurtà, Riformi u Ugwaljanza Byron Camilleri fuq il-midja soċjali.
Il-Ministru Camilleri qal li l-inżul kien wieħed ko-ordinat u ħadd ma weġġa’.
Qal ukoll li l-kru qed jingħata l-għajnuna neċessarja.