Charles Polidano magħruf bħala ċ-Ċaqnu jinsab arrestat u qiegħed jiġi interrogat fuq suspett ta’ allegat ħasil ta’ flus u korruzzjoni.
Rapporti lokali qed jgħidu li Polidano kien interrogat mill-Pulizija tat-Taqsima tar-Reati Finanzjarji, l-FCID, dwar suspett li seta’ kkorrompa uffiċjal għoli f’entità kbira rigward allegat bejgħ ta’ proprjetà.
Skont l-istess rapporti, flimkien miegħu ġie arrestat ukoll ibnu Gordon Polidano.
Skont ma qiegħed ikun irrappurtat jidher li Polidano mistenni jinħeles fis-sigħat li ġejjin wara li l-avukat tiegħu kkonferma li huwa kien interrogat aktar kmieni llum.