Tuesday, March 11, 2025

“Iċ-ċensura artistika li sofrejna aħna l-Maltin hi diskriminatorja u m’aħniex se noqogħdu għaliha bħallikieku xejn”- Il-Ministru Owen Bonnici

Aqra wkoll

“Jien m’għandix dubju li kemm Miriana Conte u kif ukoll it-tim artistiku u organizzattiv tagħha u tal-Public Broadcasting Services Ltd se jagħtu l-massimu kollu tagħhom biex Malta għal darb’oħra toħroġ bl-unuri f’Basel. Biss, din iċ-ċensura artistika li sofrejna aħna l-Maltin hi sproporzjonata u diskriminatorja u m’aħniex se noqogħdu għaliha bħallikieku xejn”

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spjega li; “ċ-ċensura artistika dejjem aborrejtha, ħdimt ħafna fil-karriera politika tiegħi biex iġġilidtha u dak li ddeċidew il-European Broadcasting Union fil-konfront tad-diska Maltija għall-Eurovision Song Contest li ġej m’hu xejn ħlief textbook case ta’ ċensura artistika”.

Il-Ministru Bonnici irrimarka li din kienet miżura sproporzjonata u diskriminatorja fil-konfront tal-lingwa tagħna l-Maltin. Il-kelma “KANT” bil-lingwa tagħna hi kelma sabiħa u pożittiva u ma timmerita qatt li tiġi ċċensurata. Spejga li waqt li naturalment Miriana Conte se tkompli bil-vjaġġ tagħha fuq din il-pjattaforma tant importanti għax li nkunu assenti m’hijiex soluzzjoni, tenna li ;”m’aħniex se noqogħdu għal din iċ-ċensura daqs li kieku xejn”

Qal li sa issa diġa’ dawn il-mizuri li ġejjin, kif komunikat diġa’ lill-EBU:

1) Kull pass li se jkun qed isir, se jkun isir taħt protesta kontra din iċ-ċensura artistika;

2) Se jkun qed isir appell intern mid-deċiżjoni skont kif maħsub mir-regoli li jirrigwardjaw dan il-Festival;

3) Qed tiġi studjata attivament ir-rotta tal-ftuħ ta’ kawża fil-Qorti ta’ l-Iżvizzera ibbażata fuq ksur tal-liberta’ ta’ espressjoni li qed insofru aħna l-Maltin u kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni li ġie vvjolat b’mod totali fejn jidħol l-użu tal-lingwa Maltija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport