Thursday, December 26, 2024

Ifakkar li l-kwarantina huwa sagrifiċċju żgħir ħdejn dawk li għalihom il-Milied ġie għalxejn

Aqra wkoll

“Il-Covid li laqtitni fl-aħħar jiem ġagħlitni nirrifletti u nagħmel id-dwejjaq għax mhux se nqatta’ dawn il-jiem sbieħ mal-għeżież tiegħi bħalma għamilt tul ħajti kollha”, hekk beda biex jgħid Paul Vella fl-aħħar sigħat fuq il-profil tiegħu fuq Facebook.

Minkejja dan huwa kompla li meta taħseb fil-fond waqt iżolament f’dar sħuna fejn għall-grazzja t’Alla ma jinqosna xejn, ħarstu tmur fuq dawk kollha li jgħixu kuljum fis-solitudni, f’dawk li għalihom il-Milied ġie għalxejn, fil-miljuni fl-Afrika, f’inħawi oħra tad-dinja u anke fostna li qed jgħixu fil-faqar, fl-eluf jekk mhux miljuni oħra li qegħdin imutu bil-Covid għax vaċċini m’għandhomx u l-anqas nafu bihom u f’dawk kollha li għaddejjin minn xi forma ta’ tbatija.

Fid-dawl ta’ dan huwa appella għall-kuraġġ lil min qed jagħmel ftit sagrifiċċju b’xi kwarantina jew intlaqat mill-Covid. Vella temm jappella dwar il-bżonn li nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin u nagħmlu dak li qed nintalbu nagħmlu ħalli jkollna żminijiet aħjar fis-sena l-ġdida 2022.

Ekonomija

Sport