Monday, May 4, 2026

Iffirmar ta’ Ftehim Settorjali għall-uffiċjali tad-Dwana

Aqra wkoll

It-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa fi ħdan il-General Workers’ Union iffirmat Ftehim Settorjali għall-uffiċjali tad-Dwana. Ftehim li permezz tiegħu qed jiġi rikonoxxut ix-xogħol ta’ spettorat li jagħmlu dawn il-ħaddiema permezz ta’ struttura ta’ gradi u progressjoni mtejba kif ukoll permezz ta’ titjieb fl-allowances. 

Fih ġew introdotti wkoll allowances li se jingħataw skont il-prestazzjoni tal-ħaddiema għal uħud mill-gradi. Dan bil-għan li jkunu ta’ motivazzjoni sabiex il-ħaddiema jkomplu jaqdu dmirijiethom bl-aħjar mod possibli.

Is-Segretarju tat-Taqsima Kendrick Bondin qal li: “Dawn il-ħaddiema għandhom xogħol ta’  importanza għal pajjiżna hekk kif dawn jiċċekjaw id-dwana kollha li tidħol fil-pajjiż. Għalhekk aħna rajna li jiġu rikonoxxuti għax-xogħol tagħhom billi saħħaħna l-allowances tagħhom, fost oħrajn ġodda, kif ukoll għarafna l-flessibilita tagħhom li kontinwament joffru. Rajna kif l-istruttura kif wieħed javvanza f’din il-klassi tkun waħda li tagħraf l-esperjenza u l-kwalifiċi tal-membri biex ikunu jistgħu jipprogressaw fil-karriera tagħhom. Għaldaqstant dan il-Ftehim Settorjali se jkunu qegħdin jibbenefikaw minnu madwar 200 ħaddiem flimkien mal-familji tagħhom. Suċċess ieħor fis-Servizz Pubbliku fejn bil-ħidma tat-tim u r-rappreżentanti tagħna ksibna rikonoxximent ta’ Ftehim Settorjali ieħor li bena fuq dak li konna għamilna ftit snin ilu.”

Għal dan il-Ftehim kienu preżenti s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Kevin Abela.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport