Sunday, December 22, 2024

Il-Bolt tgħid li għolliet il-prezzijiet u li se jkun hemm żieda fil-ħin tal-istennija

Aqra wkoll

Il-kumpanija Bolt qalet li ninħabba n-nuqqas ta’ xufiera, persuni li jużaw is-servizzi tal-Bolt biex jivjaġġaw minn post għal ieħor, se jaraw żieda fil-prezzijiet u fil-ħin tal-istennija.

Dan qalitu l-Bolt fi stqarrija fejn tat spjegazzjoni li matul il-ġimgħa li għaddiet, il-prezzijiet kienu madwar 10% iktar mis-soltu meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Ġie irrimarakat li dan qed iseħħ, hekk kif ix-xufiera naqsu b’19%. Il-kumpanija qalet li n-nuqqas ta’ ħaddiema hu attribwit mal-fatt li bdew jiġu rifjutati u saħansitra mhux imġedda l-applikazzjonijiet għall-permessi tax-xogħol tal-ħaddiema minn pajjiżi terzi.

Fl-istess stqarrija, ġie spejgat li d-domanda għas-servizz tat-taxis żdiedet bi 23%, domanda li skonthom hija ogħla minn dak li normalment tesperjenza f’dan il-perjodu.

Ekonomija

1 kumment

  1. Keccu lill kumpanija BOLT minn Malta.Jekk dawn qed jahsbu li jistaw jikkontrallaw lil Malta bil muturi u taxis.Qed jaghmlu hazin.Waqfuhom milli jahdmu Malta u sekwestrawlahom kull ma ghandhom.

Comments are closed.

Sport