Thursday, April 18, 2024

Il-ftuħ tal-Ambaxxata Maltija fil-Ġappun meqjus bħala mument storiku

Aqra wkoll

Il-ftuħ tal-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġappun fit-28 ta’ Settembru tas-sena l-oħra ppermetta lill-pajjiżna jibni pont dirett ma’ wieħed mill-iktar pajjiżi influwenti u żviluppati fid-dinja. Dan l-iżvilupp ta enerġija ġdida lir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Ġappun li tul dawn l-aħħar snin issaħħet sostanzjalment permezz ta’ bosta inizjattivi.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Evarist Bartolo li kien qed jagħti rendikont fil-parlament dwar il-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun tul dawn l-aħħar 12-il xahar iddeskriva l-ftuħ tal-ambaxxata bħala mument storiku għal Malta.

Huwa sostna li tul dawn ix-xhur l-Ambaxxata ta’ Malta ħadmet mingħajr waqfien minkejja l-impatt sostanzjalment negattiv li ħalliet il-pandemija Covid-19 fuq il-ħajja politika, ekonomika u soċjali taż-żewġ pajjiżi.

Il-Ministru Bartolo żied ifisser li Malta kienet l-aħħar stat tal-Unjoni Ewropea li fetħet ambaxxata ġewwa Tokjo u b’hekk issa Malta għandha preżenza fil-laqgħat ta’ kull xahar li jsiru bejn l-ambaxxaturi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Ta’ min ifakkar li qabel ma nfetħet l-Ambaxxata, Malta kienet tikkomunika mal-Ġappun kważi biss permezz tal-ambaxxata Ġappuniża f’Ruma.

Ekonomija

Sport