Friday, November 22, 2024

Il-General Workers’ Union GWU tikseb ir-rikonoxximent ewlieni fil-Legal Aid Malta Agency (LAMA)

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tal-ħaddiema fil-Legal Aid Malta Agency.

Dan l-eżerċizzju seta’ jsir wara li l-ħaddiema saru membri mal-GWU u talbet verifika mid-DIER.

Rikonoxximent li ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER fejn ikkonkluda li l-ħaddiema ngaġġati huma membri tal-General Workers’ Union.

Issa l-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-maniġment għal Ftehim Kollettiv ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema nkluż il-pakkett finanzjarju.

Is-Segretarju tat-Taqsima Kendrick Bondin irringrazzja lill-ħaddiema tal-fiduċja li wrew meta avviċinaw lill-GWU biex itejbu l-qagħda tagħhom fuq il-post tax-xogħol.

Sport