Il-Gvern Libjan jitlob lill-Gvern Malti biex Lilu King jiġi estradit minn pajjiżna

Aqra wkoll

Il-Gvern Libjan ressaq talba formali lill-Gvern Malti biex Mohammed El Mushraty magħruf aħjar bħala l-Lilu King jiġi estradit minn pajjiżna.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

Il-Ministru spjega li din it-talba saret bil-miktub mill-Gvern Libjan f’Settembru ta’ din is-sena u għalhekk qed jiġu kkunsidrati l-possibilitajiet kollha qabel ma tittieħed deċiżjoni.

Dan qiegħed isir ukoll b’rabta ma’ diversi liġijiet li jikkunsidraw id-drittijiet tal-bniedem.

Lilu King, hu magħruf sew fiċ-ċirku tal-kriminalità kemm f’pajjiżna u anke fil-Libja. Fil-fatt fil-Libja hu qiegħed jiġi mfittex biex ikun jista’ jitressaq il-Qorti u jiffaċċja akkużi ta’ traffikar tad-droga, omiċidju fost akkużi oħrajn.

F’pajjiżna El Mushraty kien proprjetarju ta’ stabbiliment ġewwa Paceville u kien attiv ħafna fuq il-midja soċjali, fejn anke kien jesponi l-ħajja lussuża tiegħu.

Bħalissa Lilu King jinsab fil-Faċlità Korrettiva ta’ Kordin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport