Sunday, December 22, 2024

Il-ħidma diplomatika barra l-pajjiż tmur lil hinn mis-servizzi-  Il-Ministru Ian Borg

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Il-ħidma diplomatika barra l-pajjiż tmur lil hinn mis-servizzi. Ħidma bla heda biex inwasslu messaġġ ewlieni dik illi nsejjħu għall-paċi, għad-djalogu, s-sigurta’ u l-prosperita f’kull reġjun madwar id-dinja”. 

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u ċ-Chairperson tal-OSCE Ian Borg waqt it-tieni qari dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta.

Il-Ministru Borg qal li l-impenn Malti iwassal għal impatt pożittiv internazzjonali għall-paċi u s-sigurtá f’diversi fora internazzjonali. Qal ukoll li dan huwa impenn li qed jgħolli l’fuq isem Malta bħala effettiv u determinat. 

Qal ukoll; “Żgur qatt ma kellna prova daqstant ċara, il-livell ta’ rispett li Malta tgawdi fost il-ħafna pajjiżi oħrajn, inkluż pajjiżi ħafna ikbar minnha. Pajjiżna is-sena li għaddiet intervjena f’sitwazzjoni delikata illi kienet qed tirriskja illi tingħalaq l-organizzazzjoni illi hija l-ikbar waħda f’dak li għandu x’jaqsam fil-koperazzjoni tal-Ewropa, l-OSCE”.

Spejga kif fl-irwol tiegħu, fl-ewwel xhur tas-sena żar diversi pajjiżi u ltaqa’ ma’ diversi mexxejja, fejn ra mill-qrib ix-xogħol li jsir. Hawnhekk  enfasizza li minkejja pajjiżna huwa ta’ stat newtrali, qatt ma nistgħu noqogħdu lura milli nikkundannaw l-inġustizzji. 

Il-Minsitru Borg tenna li x-xahar ta’ April kien wieħed storiku għall-politika barranija ta’ pajjiżna, hekk kif filwaqt li konna qed nassumu il-presidenza tal-OSCE kien hemm ukoll il-presidenza għall-Kunsill tas-Sigurtá tan-Nazzjonijiet Magħquda 

Ekonomija

Sport