Saturday, February 22, 2025

Il-Karnival mil-lenti tan-nies

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ninsabu biss ġimgħa l’ bogħod mill-Karnival, żmien ta’ spettaklu mill-isbaħ fi Pjazza San Ġorġ ġewwa l-Belt Valletta, kif ukoll żfin minn diversi kumpaniji tal-Karnival.

Bla dubju li ma jonqsux il-kostumi b’kuluri vivaċi u karrijiet tradizzjonali li huma sinonimi ma’ dan iż-żmien tas-sena u li joħolqu atmosfera mill-isbaħ kemm għall-kbar kif ukoll għaż-żgħar.

Kien għalhekk li dan is-sit mar ġewwa t-toroq tal-Belt Valletta isaqsi lin-nies x’inhi l-fehma tagħhom dwar il-karnival, dwar jekk jatendux għal karnival ġewwa l-Belt Valletta u rħula oħrajn u jekk jilbus xi kostum. 

Tkellimna ma’ żagħżugħ li kien akkumpanjat flimkien mal-kelb tiegħu Bruno. Qalilna li din is-sena se jattendi flimkien mal-kelb għax din hija l-ewwel sena iegħu. Qal li l-Karnival ikollu atmosfera sabiħa u li Bruno jħobbu ħafna l-Belt Valletta. 

Tkellimna wkoll ma’ raġel ieħor li spjegalna li mhuwiex daqshekk dilettant tal-Karnival. Qalilna li meta kien żgħir jien jinvolvi ruħu fil-Karnival billi jgħin xi għaqdiet. 

Ma’ dan is-sit, ir-raġel irrimarka li meta bniedem jikber u jkollu l-familja, wieħed jibda jiċċelebrah mal-familja ħalli jieħdu pjaċir it-tfal. Tenna li minbarra li jattendi għas-siparju tal-Karnival tal-Belt Valletta, jattendi wkoll dak ta’ irħula differenti. 

Ma’ stajniex ma’ nieħdux kumment ta’ persuna li għandha l-età sabiex inkunu nistgħu nifhmu kif kien jiġi iċċelebrat fil-passat u forsi x’differenza hemm bejn il-Karnival tal-lum u dak tal-imgħoddi. Beda biex qalilna li l-Karnival iħobbu imma spjega kif dak tal-lum skont il-fehma tiegħu huwa ferrm differenti minn dak tal-passat. 

Qalilna; “Ta’ żmieni l-atmosfera kienet ħafna ikbar u ħafna isbaħ. Illum mhux għax mhux isbaħ. Illum jorganizzaw ħafna inqas affarijiet milli konna norganizzaw aħna. X’inhi s-sistema? Forsi iktar kummerċ?”

Irrimarka li skontu l-Karnival illum sfortunatament qed jara kollox kwiet. Hawnhekk żied jgħidilna;” Fadal ġimgħa oħra għal Karnival u aqqas jinħass. Qabel aħna meta konna tfal, konna minn xahar qabel noħorġu fit-toroq u nieħdu pjaċir”. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport