Saturday, May 23, 2026

Il-kontroversja Rababah…”kontroversja vojta u kundannabbli li ma messhiex tqajmet”- Dr Alfred Sant

…..’aħna poplu li matul is-sekli, tnissel mill-popli ta' madwar il-Mediterran”

Aqra wkoll

Lil Dr. Alfred Sant staqsejnieh dwar il-kontroversja li inqalgħet dwar il-kandidatura ta’ Omar Rababah, u l-attakki li kellu jiffaċċja. Dr. Sant bla tlaqlieq jiddikjara li “hi kontroversja vojta u kundannabbli li ma messhiex tqajmet. 

Omar Rababah hu Malti bħalna u persuna valida ħafna (naf għax iltqajt miegħu xi xhur ilu, tkellimna u inkoraġġejtu fil-ħsieb li jkun aktar attiv fil-politika).  L-oġġezzjoni għalih għax hu ta’ fidi Musulmana ma tagħmilx sens: pajjiżna jiggarantixxi l-libertà tat-twemmin lil kulħadd, mhux l-anqas liċ-ċIttadini tiegħu, waqt li jistenna mingħandhom rispett sħiħ tal-valuri sekulari tas-soċjetà, kif Omar Rababah dejjem ta xhieda li jagħmel.

Il-belt ta’ New York, l-aktar waħda kosmopolitana tal-Istati Uniti, għadha kemm eliġġiet sindku ta’ reliġjon Iżlamika! Jekk l-oġġezzjoni għal Rababah qamet għax hu ta’ oriġini etnika Sirjana, din ukoll ma tagħmel l-ebda sens fi ħdan poplu bħal tagħna li matul is-sekli, tnissel mill-popli ta’ madwar il-Mediterran, il-Lvant Nofsani u lil hinn minnhom.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport