Huma diversi l-argumenti li qegħdin jindika li l-Unjoni Ewropea qiegħda tħejji għal kunflitt mar-Russja. M’hemmx dubju li dak li qiegħed jixpruna dan il-kunflitt biex jitwal minn naħa tal-Unjoni Ewropea hu l-interess ekonomiku marbut ma’ żieda fil-produzzjoni tal-armi. Hu fatt li diversi pajjiżi, bidlu l-istrateġija tagħha u manifattura ċivili bdiet tinqaleb gtħal manifattura militari.
Illum hu fatt u dan hu kkonfermat minn riċerka li saret dwar infieq militari, li dan l-infieq żdied. Filfatt matul is-sena 2025 laħaq rekord ta’ $2.89 triljun. L-infiq militari globali żdied għal rekord ta’ $2.887 triljun fl-2025, u immarka l-11-il żieda annwali konsekuttiva, hekk kif l-infiq żdied madwar l-Ewropa u l-Asja minkejja tnaqqis fl-Istati Uniti.
L-Istati Uniti jibqgħu bl-akbar infiq militari fid-dinja b’$954 biljun, minkejja tnaqqis ta’ 7.5 fil-mija. It-tnaqqis kien primarjament marbut man-nuqqas ta’ pakketti ta’ għajnuna militari approvati ġodda għall-Ukrajna matul l-2025.
Mill-banda l-oħra, l-infiq militari fl-Ewropa żdied b’14 fil-mija għal $864 biljun, u b’hekk sar l-akbar kontributur għat-tkabbir globali. Hu stabiliti li ż-żieda fl-ispiża militari hi marbuta mal-gwerra fl-Ukrajna u sforzi usa ta’ riarmament fost il-membri Ewropej tan-NATO.
Id-29 membru Ewropew tan-NATO nefqu flimkien $559 biljun fis-sena 2025, b’22 nazzjon jallokaw mill-inqas 2 fil-mija tal-PDG għad-difiża. Il-Ġermanja saret il-pajjiż bl-akbar nefqa militari fil-grupp wara li żiedet l-infiq b’24 fil-mija għal $114-il biljun.
L-infieq militari fis-sena 2025 mill-membri Ewropej tan-NATO żdied aktar malajr milli fi kwalunkwe żmien mis-sena 1953 ‘lhawn, u dan jirrifletti t-tfittxija kontinwa tal-awtosuffiċjenza Ewropea flimkien ma’ pressjoni dejjem akbar mill-Istati Uniti biex tissaħħaħ il-qsim tal-piżijiet fi ħdan l-alleanza.
Li qiegħed jiġri fis-skiet u bogħod min għajnejn kulħadd, hu dak li qegħdin naraw bidliet kbar fil-manifattura ċivili, fejn din issa qiegħda taqleb bil-mod il-mod lejn manifattura militari.
Dan jidher sew fil-Ġermanja, li qed tittrasforma s-settur importanti tagħha tal-manifattura tal-karozzi f’manifattur tal-armi. Dan il-pass qiegħed jgħolli s-settur tad-difiża u qiegħda iġibu issa bħala wieħed mill-pedamenti l-ġodda tal-ekonomija Ġermaniża.
Il-Ġermanja ħadet dan il-pass, għax rat li l-industrija tal-manifattura tal-karozzi kienet sejra lura u qiegħda tagħmel tajjeb għal dan billi l-manifattura tinqaleb għal dik militari.
Illum għandek industriji fil-Ġermanja, li kienu involuti fil-manifattura tal-karozzi u dawn illum qegħdin jaqilbu bil-mod lejn il-manifattura ta’ magni tad-drones, sistemi abbord għal vetturi armati, u komponenti għall-avjazzjoni militari. Hu rapportat li hemm kumpaniji fil-Ġermanja li żiedu x-xiftijiet biex jipproduċu armi u munizzjon għall-Ukrajna.
Meta naraw dan, toħroġ osservazzjoni naturali. Il-Ġermanja u magħha pajjiżi oħra qegħdin jagħmlu din il-bidla għax huma aktar minn konvinti li l-kunflitt se jkompli jitwal. Nazzardaw ngħidu li huma konvinti li kunflitt dirett bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO fuq naħa u r-Russja fuq naħa oħra, hu inevitabbli.

