Sunday, November 24, 2024

Il-pajjiżi għandhom jingħaqdu flimkien għal futur sostenibbli

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Il-pajjiżi għandhom jingħaqdu flimkien biex fid-dinja jkollha futur sostenibbli. Hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qiegħed jindirizza laqgħa għola bit-tema ‘A Commonwealth Call to Action on Living Lands: Progressing from Adoption to Implementation – Launch of Implementation Framework’ waqt li qiegħed jattendi għal COP28 f’Dubai.

Il-Prim Ministru tul id-diskors tiegħu semm kif ir-reġjun tal-Mediterran fosthom Malta jesperjenzaw skarsezza ta’ ilma. Hu semma numru ta’ inizjattivi li ttieħu biex tkun miġġielda din l-isfida.

Fost l-oħrajn semma kif il-Koperazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħarġet il-Green Bonds b’ammont ta’ ’ €25 miljun. Il-kelliem irrefera wkoll għall-proġett tal-impjant li sar f’Għawdex fejn permezz tiegħu issa l-gżira Għawdxija għandha reverse osmosis tal-ogħla kwalità. Irrefera wkoll għall-waħda mill-aħħar miżurai li ħa l-Gvern fejn ħabbar 19,000 metru kwadru ta’ solar farms, li jiġġeneraw enerġija rinnovabli.

Il-Prim Ministru qal li permezz ta’ dawn il-proġetti Malta se tkun qiegħda tilħaq in-newtralità klimatika biex b’hekk tnaqqas id-dipendenza tal-fossil fuels għall-provvista tal-enerġija.

Il-kelliem qal li Malta mexxiet programm effettiv biex jitnaqqas il-ħela tal-ilma u fil-fatt saret u se tkompli ssir ħidma biex dan il-programm ikompli jħalli aktar riżultati. Riżultat ta’ dan kollu bħalissa d-domanda tal-ilma f’Malta hija ta’ 60% tad-domanda li kellu bżonn il-pajjiż fis-snin 90. Qal li dan hu riżultat tajjeb ħafna għal Malta hekk kif il-popolazzjoni kompliet tikber, l-ekonomija kompliet tespandi u anke kien hemm titjieb fil-livell tal-għaxjien taċ-ċittadini.

Fil-fatt riżultat ta’ dan kollu Malta qiegħda waħda mill-inqas pajjiżi li taħli ilma. L-aħħar figuri tal-Unjoni Ewropea juru li l-ħela tal-ilma hu ta’ 1.8 filwaqt li fil-bidu tas-snin 90 dan kien ta’ 20.

Sport