F’kummenti mal-ġurnalisti, il-Prim Ministru Robert Abela żvela li dalwaqt se jiġu ppubblikati regolamenti ġodda dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Membri Parlamentari, miż-żewġ naħat tal-Kamra.
“Se nżidu t-trasparenza u se nżidu obbligi ġodda li qabel ma kinux hemm. Il-membri tal-Oppożizzjoni u l-membri tal-Grupp Parlamentari Laburista, iridu jiddikjaraw id-dħul tagħhom,” qal il-Prim Ministru.