Sunday, December 22, 2024

“Il-poplu Malti u Għawdxi diżgustat” – Bernard Grech

Aqra wkoll

“Il-poplu Malti u Għawdxi diżgustat” – Bernard Grech
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech beda biex qal li Għawdex huwa prijorità għall-Partit Nazzjonalista. Huwa iżda stqarr li bi prijorità ma jfissrux kif ifisser ħaddieħor, dak li sempliċiment fis-sentenza Għawdex tiġi qabel Malta.

Lil hinn minn dak li ddeskrivieh bħala “teatrin”, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li llum il-poplu Malti u Għawdxi huwa diżgustat. Bħalma kien mistenni, Dr Grech tkellem dwar l-ingaġġ ta’ Amanda Muscat, mart il-Ministru Clayton Bartolo, fil-Ministeru għal Għawdex. Qal li n-nies fil-kwiet ta’ darhom qed jgħidu “tibqgħux titrattawna ta’ mbeċilli għax imbeċilli m’aħniex”.

Stqarr li l-apoloġija tal-Ministru Bartolo tfisser biss “kemm qed jiddispjaċina li nqbadna.” “€70,000 fis-sena. Talli ma tagħmel xejn. Tista’ ma tmurx għax-xogħol,” qal Dr Grech.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa lill-Ministru Camilleri ta’ xiex iddeċieda li jingaġġaha bħala konsulenta. Huwa dar ukoll fuq is-Segretarji Permanenti u appellalhom biex iwaqqfu milli jkomplu jsiru affarijiet bħal dawn.

Dr Grech qal ukoll li l-Prim Ministru huwa dgħajjef u ma jinteressahx mill-Maltin u l-Għawdxin.

Ekonomija

Sport