Saturday, December 21, 2024

Il-President Vella jilqa’ lill-President tal-KE Ursula von der Leyen fil-Palazz Presidenzjali

Aqra wkoll

Illum waranofsinhar il-President George Vella laqa’ lil Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

It-taħditiet iffukaw fuq is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni irregolari fil-Mediterran fejn il-President von der Leyen tat ħarsa ġenerali lejn il-pjanijiet tal-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza l-kwistjoni mal-partijiet ikkonċernati fix-xhur li ġejjin. Il-President Vella rrefera għat-talba konsistenti ta’ Malta għal solidarjetà mal-pajjiżi l-aktar esposti u għal soluzzjoni ħolistika bħala parti minn sħubija komprensiva.

Ġew diskussi wkoll l-iżviluppi fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq fid-dawl tal-politika tal-UE dwar il-Viċinat tan-Nofsinhar. Saret referenza wkoll għall-aktar xenarju reċenti marbut mal-Balkani tal-Punent u t-tkabbir tal-UE.

Il-Presidenti ddiskutew l-impatt globali mifrux tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna b’referenza partikolari għall-kriżi tal-enerġija u l-ftehim tal-Baħar l-Iswed dwar iċ-ċereali.

Il-President von der Leyen tinsab Malta biex tipparteċipa fis-Summit MED9 li sar matul il-ġurnata tal-lum.

Ekonomija

Sport