Monday, December 9, 2024

Immultat €1,000 talli hedded uffiċjal tal-ERA waqt spezzjoni 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 43 sena residenti n-Nadur kien immultat €1,000 wara li nstab ħati li hedded uffiċjal tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) waqt spezzjoni b’rabta ma’ pussess ta’ tjur.

Fil-Qorti, ġie spjegat li l-istess reat seħħ f’Awwissu ta’ sentejn ilu  f’residenza fil-lokalità tan-Nadur. Ingħad li l-uffiċjali tal-ERA ntalbu mill-Pulizija biex jassistuhom waqt li saret tfittxija f’residenza tal-akkużat wara li allegatament nstabu numru ta’ tjur.

Ingħad li waqt li l-akkużat kien qed jiġi mitkellem mill-uffiċjali tal-ERA, allegatament dan qabad isabbat idu u jirrabja meta wieħed mill-uffiċjali talbu xi dokumenti dwar pappagall. Intqal li f’ħin minnhom huwa wissa wieħed minnhom bil-kliem “nitħnek” u li setgħu jinsew xogħolhom jekk ikellem lil min kellu jkellem. 

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Jean Paul Grech sab lill-imputat ħati li hedded lil wieħed miż-żewġ uffiċjali tal-ERA u ġie mmultat €1,000. Il-Qorti ordnat lill-imputat sabiex ma jdejjaqx lill-istess uffiċjal għal perjodu ta’ sena. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport