Sunday, December 22, 2024

Investiment ta’ €347,000 jerġa’ jagħti ħajja liċ-ċentru Santu Rokku

Aqra wkoll

Ċentru li jipprovdi spazju soċjali sigur għaż-żgħażagħ tal-Belt

Iċ-ċentru Santu Rokku fil-Belt Valletta, li jospita ċentru taż-żgħażagħ b’isem ta’ Teen Klabb se jiġi restawrat permezz ta’ investiment mill-Awtorita tal-Ippjanar (PA).

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Arron Farrugia, filwaqt li ħabbar dan il-proġett, spjega kif dan il-proġett se jkun qiegħed jiġi ffinanzjat kompletament mid-Development Planning Fund, b’investiment totali ta’ €347,000. 

Waqt żjara fuq ix-xogħolijiet ma’ uffiċjali tal-PA, il-Ministru qal li dan iċ-ċentru huwa mportanti għaliex jipprovdi ġwida soċjali, spiritwali u edukattiva ghaż-żgħażagħ li jgħixu fil-Belt Valletta u ż-żoni tal-madwar. 

Il-Ministru żied jgħid ukoll li din il-propjetà tal-knisja, minn barra li tagħti servizz lill-kommunita, għandha valur storiku li għandu jiġi protett. 

Vincent Cassar, chairperson tad-Development Planning Fund, sahaq li, “dan il-bini prestiġġjuż qabel kien fi stat pjuttost ażin. Permezz tal-intervent u l-investiment tal-PA appoġġjajna eżempju tajjeb ta’ konservazzjoni fejn mhux biss qegħdin nirranġaw u nissalvagwardjaw bini b’ħafna karatteristiċi arkitettoniċi imma wkoll qed nagħtu lill-bini ħajja ġdida hekk kif se tkun qed tipprovdi servizzi lill-kommunità.”

Il-Ministru faħħar lill-voluntiera liż-żgħażagħ bil-homework u l-ħidma skolastika tagħhom, filwaqt li jgħallmuhom ħiliet soċjali u life skills. Attivitajiet addizzjonali jinkludu serati ta’ films, ħarġiet, snajja, tisjir u –live-ins

Teen Klabb, ġie mniedi mill-Fondazzjoni Tabgħa bil-għan li joħolqu spazju soċjali, kura preventiva u għajnuna akkademika. F’dan l-istess klabb iż-żgħażagħ jinteraġixxu ma’ xulxin u jiġu mmonitorjat minn helpers bħal ghalliema, konsulenti, u ħaddiema soċjali. 

Ekonomija

Sport